Familja terġa’ tingħaqad wara bosta snin

Ritratt: The Fotografer

Illejla fit-8.30pm Joseph Chetcuti se jkun qed jippreżenta edizzjoni oħra ta’ Araniissa fuq l-istazzjon One. Tlett stejjer mimlija emozzjoni fostjom dik ta’ Ġulina mill-Belt li ġiet nominate minn Vinċenża.

Ġulina ssagrifikat ħafna u minkejja li tgħix fil-faqar hi mara mimlija kuraġġ u taffronta d-diffikultajiet b’determinazzjoni sabiex iżżomm il-familja maqgħuda.

Ritratt: The Fotografer

Niltaqgħu ma’ Marianne, omm ta’ kuraġġ kbir li tellgħet liż-żewġt ulied tagħha b’tant għożża u ma ħallithom nieqsin minn xejn.

X’sorpriża ħejja għaliha Joseph Chetcuti?

Ritratt: The Fotografer

Din il-ġimgħa Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu se jlaqqa’ familja oħra Maltija li tassew jistħoqqilha.

Żewġ persuni ġejjin minn Sydney l-Awstralia sabiex jagħtu sorpriża lil ħuthom wara numru ta’ snin ta’ assenza.

Ritratt: The Fotografer

Araniissa issa jixxandar illejla mit-8.30pm ‘il quddiem.