Familja terġa’ tingħaqad f’Malta wara snin twal ta’ emigrazzjoni

Ritratt: The Fotografer

Illejla fuq l-istazzjon One se jkun qed jixxandar programm ieħor mis-sensiela Araniissa, bħas-soltu ppreżentata minn Joseph Chetcuti.

Illum se nkunu qed nassistu għal 3 stejjer fosthom dik ta’ Karl Calamatta li nnomina lil martu Joanne ħalli b’hekk jieħu l-opportunità biex jgħidilha kemm jirrispettaha u jħobbha.

Hemm ukoll l-istorja ta’ Elio Lombardi li għal din l-edizzjoni se jkollu sorpriża mill-ħbieb tiegħu li xtaqu jirringrazzjawh ta’ kemm jagħmel magħhom. Storja li bla dubju se turi l-valuri ta’ ħbiberija vera.

Però żgur li l-akbar storja tal-lejla hija tal-familja Grasso li ser terġà tingħaqad Malta wara għexieren ta’ snin fil-Kanada. Kienet sorpriża kważi impossibbli għal Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu li affrontaw din l-istorja bi sfida kbira l-aktar minħabba li kien hemm problemi serji ta’ saħħa li kienu qed jimpedixxu li din ir-reunion unika sseħħ.

X’inhi l-istorja li wasslet lil Joseph jaħdem bla heda sabiex il-ħolma ta’ din il-familja ssir realtà?

Dawn l-emozzjonijiet se tkunu tistgħu tgħixuhom proprju llejla waqt Araniissa.