Familja tagħmel BBQ mal-ġenb tat-triq

Uffiċjali tal-pulizija fir-Renju Unit sabu familja minn Franza tagħmel barbeque fil-ġenb tal-highway M6.
Il-pulizija tan-North West Motorway taw informazzjoni dwar il-każ fuq twitter.
Il-familja kienet qed tgawdi l-ikla għall-arja qrib Lancaster.
Il-pulizija fakkru fil-perikli li jeżistu fuq il-highway u li l-hard shoulder għandha tintuża għall-emerġenza.