Familja ta’ tifel ta’ 3 snin b’immunità baxxa b’appell għall-Maltin

Marilyn Cutajar - Facebook

Il-familja ta’ tifel ta’ tliet snin b’immunità baxxa appellat lill-Maltin biex dawk li jħossuhom ma jifiħlux jibqgħu d-dar. Dan biex it-tifel tagħhom u persuni oħra li jbatu minn immunità baxxa jkunu protetti.

Fuq Facebook Marilyn Cutajar, omm Nick, kiteb post f’ismu.

“Hello, jiena Nick. Se nagħlaq erba’ snin f’Ġunju. Meta twelidt għamilt tliet xhur f’iżolament, fl-isptar, għax twelidt mingħajr thymus. Il-glandola tat-thymus għandha rwol important fis-sistema tal-immunità. Din ‘tħarreġ’ lit-T-cells biex jiġġieldu kontra l-infezzjonijiet u l-viruses.”

Cutajar qalet li anke riħ komuni jista’ jkollu konsegwenzi serji fuq it-tifel tagħha. Tħossha inkwetata minħabba s-sitwazzjoni tal-coronavirus. Appellat lil dawk li jħossuhom ma jifilħux jew li siefru reċentament biex jibqgħu d-dar. Spjegat li dan jgħin lil min ikollu kundizzjonijiet serji tas-saħħa.

Hello, I'm Nick. I'm turning four this June. When I was born, I spent 3 months in isolation, in hospital, because I was…

Posted by Marilyn Cutajar on Sunday, March 15, 2020

Il-każi tal-coronavirus f’Malta jidher li qed jiżdiedu. Minkejja dan, jidher ukoll li l-każijiet kollha sa issa huma impurtati minn barra u mhux każ ta’ trażmissjoni minn persuna għall-oħra.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn