Familja ta’ 7 assassinata fl-Awstralja

Erba’ aħwa tfal u tliet adulti nstabu mejta wara tiri b’arma tan-nar fil-villaġġ ta’ Margaret River fl-Awstralja, f’dak li qed jissejjaħ l-għar qtil tal-massa b’arma tan-nar fil-pajjiż mill-1996.
Il-Pulizija qed jittrattaw il-każ bħala wieħed ta’ assassinju u suwiċidju, u ġie kkonfermat li mhux qed ifittxu xi suspettati.
Xi ħbieb tal-familja kkonfermaw li Katrina Miles, u l-erba’ uliedha, bl-etajiet ivarjaw bejn it-8 u t-13-il sena, kienu fost is-seba’ vittmi, flimkien mal-ġenituri ta’ Miles, Peter u Cynda Miles.
Skont il-Kummissarju tal-Pulizija tal-post, Chris Dawson, il-vittmi nstabu fid-dar tagħhom. Żewġ adulti instabu barra, filwaqt li ħames katavri oħra instabu fid-dar.
Il-Kummissarju spjega li l-Pulizija ġew avżat bl-inċident kmieni l-Ġimgħa filgħodu, fejn ftit wara sabu wkoll l-armi tan-nar.
Skontu, raġel li ismu huwa konness mal-propjetà ċempel lill-Pulizija dwar l-assassinju, madanakollu l-Kummissarju ma żvelax aktar dettalji dwar it-telefonata.