Familja Maltija se tgħin waqt il-Laqgħa Dinjija tal-Familji

Il-familja Magro, li kapaċi jikkomunikaw b’diversi lingwi se jkunu qed jiltaqgħu ma’ dawk li se jkunu qed jattendu għal-Laqgħa Mondjali tal-Familji biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom fiċ-ċelloli ta’ evanġelizzazzjoni li jiltaqgħu fid-djar u biex jagħtu aktar informazzjoni dwar iċ-Ċelloli Parrokkjali ta’ Evanġelizzazzjoni u l-Organiżmu Internazzjonali (OISĊPE), li tliet snin ilu ġie rikonoxxut mill-Vatikan biex jippromwovi dan il-metodu.

L-istqarrija tispjega wkoll li għal din il-laqgħa mistennija jattendu 80.000 ruħ ġejjin mid-dinja kollha f’Dublin, l-Irlanda. Il-Papa Franġisku huwa mistenni li jikkonċelebra Quddiesa fl-egħluq tal-attività.

Il-familja Magro huma minn Ħaż-Żabbar u huma membri tal-Komunità Dixxipli ta’ Ġesù.