Falza: Iqum “mill-mewt” ftit qabel jispiċċa l-funeral tiegħu

Kienet aħbar falza li daret id-dinja fi ftit ħin li f’Ruma, raġel ta’ 53 sena qam ftit qabel ma’ kien se jispiċċa l-funeral tiegħu stess.
Il-każ seħħ fi knisja f’Ruma hekk kif r-raġel Flavio M. Roman kien allegatament miet jumejn ilu, wara li marad f’daqqa.
Fir-rapport falz intqal li l-funeral kien qorob lejn tmiemu meta f’ħin minnhom l-għatu tat-tebutt deher jiċċaqlaq.
Kien rappurtat li għall-ewwel, dawk preżenti baqgħu siekta, iżda wara ftit bdew iwerżqu. Flavio M. Roman ittieħed l-isptar sabiex jinżamm għal xi jiem ta’ osservazzjoni.