“Fallejna” – Ir-Re tal-Iżvezja dwar il-mod li mexa l-pajjiż waqt il-pandemija

Ir-re tal-Iżvezja qal li l-pajjiż falla fl-immaniġġjar tiegħu ta’ COVID-19, fost kritika qawwija għal politika adottata waqt il-pandemija u li wasslet għal ammont kbir ta’ mwiet fost l-anzjani.

Carl Gustaf XVI, inqeda bix-xandira speċjali tal-Milied biex jenfasizza l-impatt dejjem jikber tal-virus. Din l-ammissjoni kienet relattivament xi ħaġa rari ħafna, hekk ir-re tal-pajjiż, jaqdu funzjonijiet li fil-biċċa l-kbira humaċerimonjali.

L-Iżvezja spikkat fil-politika tagħa għax ma għamlitx lockdowns u anke ma obbligati l-użu  il-maskri tal-wiċċ, waqt li ħalliet l-iskejjel, ir-ristoranti u n-negozji fil-biċċa l-kbira miftuħa. Apparti minn hekk ittieħdet id-deċiżjoni li l-pajjiż jimxi fuq distanzjament soċjali volontarju u li jsegwu rakkomandazzjonijiet ta’ iġjene biex tnaqqas it-tixrid

Nhar it-Tlieta li għadda, kummissjoni uffiċjali tal-gvern qalet li n-nuqqasijiet sistemiċi fil-kura tal-anzjani flimkien ma’ miżuri inadegwati mill-gvern u l-aġenziji tiegħu u dawk privati kkontribwew għall-ammont partikolarment għoli ta’ mwiet fl-Iżvezja fid-djar tal-anzjani.

“Nemmen li fallejna,” qal ir-re f’silta mill-programm imxandar minn SVT nhar l-Erbgħa

“Kellna numru kbir ta ‘mwiet u dan huwa terribbli. Din hija xi ħaġa li ġġibilna lkoll tbatija.”

L-Iżvezja kellha aktar minn 7,800 mewt, rata per capita ferm ogħla mill-ġirien Nordiċi tagħha iżda inqas minn dik fil-Gran Brittanja, l-Italja, Spanja jew Franza, li kollha għażlu lockdowns.