“Fake news li kien infettat u beżaq fuq l-ittri” – Maltapost

Messaġġi li qed jiċċirkolaw fuq il-mezzi soċjali dwar ħaddiema tal-Maltapost infettati bil-virus huma fittizji. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-kumpanija.

Il-messaġġi li qed iduru qed jappellaw biex il-pubbliku joqgħod attent u minn għada ma jmissux il-posta b’idejhom għax sabu ħames pustiera infettati bil-virus. Messaġġ ieħor qed jappella biex min jirċievi l-ittri bil-posta jitfagħhom fil-ġenb għal jumejn “għax kien hemm ħaddiem li kien qed jobżoq fuq l-ittri”.

Dalgħodu, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci appellat biex min jirċievi posta, speċjalment minn barra minn Malta, wieħed għandu jħalliha fil-ġenb sa massimu ta’ 72 siegħa, biex f’każ li jkun hemm il-virus, dan jilħaq imut.  L-istess appell tennietu l-Konsulent Mediku fil-qasam tas-Saħħa Pubblika, Dr Tanya Melillo waqt Newsbook Q&A llum waranofsinhar.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn