Fadallu xi jkarwat u x’jonfoħ

Wara l-maltemp qawwi li laqat lill-Gżejjer Maltin dalgħodu, jidher li l-maltemp għadu ma għaddiex kollu.
Is-sit FirstMalta.com qed ibassar iktar xita bir-ragħad tul il-lejl li ġej u għada t-Tlieta.
Mill-mappa ppubblikata, jidher li x-xita mistennija fuq iċ-ċentru tal-Mediterran fl-24 siegħa li jmiss
Matul is-siegħat nistennew  xita iżolata f’xi bnadi, filwaqt li mal-lejl nistennew iktar xita bir-ragħad.
FirstMalta.com ibassar li r-riħ se jitqawwa wkoll.
Fis-sigħat li ġejjin, ir-riħ se jonfoħ mix-Xlokk il-Lvant Forza 2 għal Forza 3, filwaqt li l-inqas temperatura tinżel 19C.
Għada, r-riħ Xlokk il-Lvant li mistenni jilħaq sa’ Forza 5 għal 6 f’xi ħin
Ir-riħ inaqqas xi ftit sa filgħaxija.

Ritratt: Ian Noel Pace