Fadallu magħna l-maltemp?

Miguela Xuereb

Il-maltemp li ħakem lill-Gżejjer Maltin fil-jumejn li għaddew kien wieħed qalil u li kkawża ħsarat, li affettwaw b’mod speċjali lill-Għawdxin. Iżda wieħed forsi jistaqsi, kemm fadallu magħna dan il-maltemp?

Aqra: Ħsarat fil-provvista tal-ilma għal Għawdex – WSC

Hekk kif ma jidhirx li x-xita matul il-ġurnata tal-lum se tkun predominanti, kemm il-bassara indipendenti tat-temp, kif ukoll l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, qed ibassru temp ftit jew wisq imsaħħab b’ħalbiet iżolati tax-xita.

Aqra: Is-servizz tal-Gozo Channel lura għan-normal

Jaqbel jekk minbarra umbrella, toħroġ miegħek ukoll xi ġakketta ħafifa hekk kif it-temperatura llum mistennija tinżel għal 15-il grad Celsius. L-ogħla temperatura għall-jum hija dik ta’ 19-il grad Celsius. Intant ir-riħ mistenni jibqa’ kemmxejn qawwi. Skont Maltese Islands Weather, ir-riħ mistenni anke jilħaq saħħa ta’ forza seba’.