“Fadalli €1,000 biex nixtri sodda għad-Dar tal-Providenza”

Charles Attard ingħaqad ma’ 2,800 parteċipant minn madwar id-dinja għat-triathlon f’Nizza fi Franza.
Ironman, li saret f’Nizza fl-aħħar ta’ Ġunju, hija triathlon li kienet tinkludi għawma ta’ 4 kilometri, qadfa bir-rota ta’ 180 kilometru u ġirja ta’ 42 kilometru.
Ma’ Newsbook.com.mt, Charles qal li ħa sehem f’din il-kompetitizzjoni fuq inizzjattiva personali biex jinġabru fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.
Charles spjega kif s’issa nġabru ‘il fuq minn €450, biex tinxtara sodda mekkanizzata għad-Dar tal-Providenza li tiswa €1,500.