Fadal tliet każijiet attivi ta’ coronavirus

REUTERS/File Photo

Niżlu għal tlieta, l-każijiet attivi ta’ coronavirus f’Malta. Dan tħabbar fl-aġġornament li qed jiġi ppubblikat kuljum fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa. B’hekk sar magħruf ukoll li fl-aħħar 24 siegħa ma nstab l-ebda każ pożittiv.

F’dan l-aġġornament intqal li persuna waħda fieqet fl-aħħar 24 siegħa u b’hekk minn erbgħa issa fadal tliet każijiet attivi. Tul il-ġurnata tal-bieraħ saru 930 swab test bil-Ministeru jfakkar li t-Testing Hubs f’Malta u f’Għawdex se jibqgħu miftuħin.