Fadal ħmistax biex tibdel id-dettalji tar-reġistru elettorali

Arkivji

Il-Kummissarju Elettorali Prinċipali ħabbar li fadal ħmistax-il ġurnata biex tibdel id-dettalji tar-reġistru elettorali.

Huwa rrimarka li l-persuni kollha ta’ nazzjonalità Maltija u tal-Unjoni Ewropea li għandhom ‘il fuq minn 16-il sena u li isimhom ma jidhirx fir-reġistru elettorali għandhom japplikaw ġaladarba jkollhom il-kwalifiki meħtieġa.

Fl-istqarrija l-Kummissjoni Elettorali qalet li hu fl-interess tal-votanti reġistrati li jivverifikaw li d-dettalji personali tagħhom kif jidhru fir-reġistru elettorali ta’ April 2018 huma korretti, u għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju Elettorali b’kull tibdil jew korrezzjoni minnufih.

Il-Kummissjoni tfakkar li l-verifika tista’ sseħħ onlajn fuq electoral.gov.mt