Fadal €41m fi flus Maltin x’jissarrfu

Fadal mal-€41 miljun f’valur ta’ flus Maltin li għadhom ma ssarrfux fil-Bank Ċentrali.
Min fadallu flus Maltin id-dar, għadu jista’ jsarraf il-karti sal-aħħar ta’ Jannar tal-2018, imma l-muniti setgħu jinqalbu għall-ewro sa Jannar ta’ ħames snin ilu.
Il-Bank Ċentrali jistma li kien hemm b’valur ta’ €25 miljun f’muniti Maltin li baqgħu ma ssarrfux – li hu iktar mill-valur ta’ muniti li ssarrfu sal-2010, li kien ta’ €17.7 miljun.
Fejn jidħlu flus f’karti, s’issa, il-Maltin qalbu bi kważi €600 miljun, il-parti l-kbira tagħhom fl-ewwel sena.
Jekk il-€41 miljun li fadal ma jinqalbux sa Jannar ta’ tliet snin oħra, dawn il-flus ma jkunux jistgħu jissarrfu, u jkollhom valur biss għall-kollezzjonisti.