Fadal biss ġimgħa mill-Gozo Motorcross Championship

Gozo Motorcross Association ser torganizza t-tielet rawnd mill-Gozo Motocross Championship 20 nhar il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2019. It-tlielaq jibdew fis-1:00pm.

Il-kompetizzjonijiet ilhom għaddejjin ġmielhom u s-sewwieqa kollha qed jagħmlu ħilitom biex minbarra li jippruvaw jispiċċaw fl-ewwel tlett postijiet fil-klassifika tal-ġurnata, jakkwistaw kenmm jista’ jkun punti li jressquhom aktar qrib ir-rebħ tal-kampjonat.

Fi stqarrija, l-għaqda stqarret li filwaqt li għadha qed tilqa’ sewwieqa ġodda għal dan l-istaġun, tifraħ bil-parteċipazzjoni ta’ sewwieqa Maltin li jiġu biex jipparteċipaw f’dawn il-kompetizzjonijiet. L-għaqda kontinwament tħeġġeġ aktar sewwieqa, speċjalment tfal u żagħżagħ addoloxxenti jippartiċipaw f’dan l-isport.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur il-paġna ta’ facebook.