Read in English.
Malta ma kellha l-ebda każijiet ġodda tal-coronavirus illum, filwaqt li fiequ żewġ persuni oħra. B’hekk Malta issa għandha seba’ każijiet attivi, l-inqas numru ta’ każijiet attivi mindu bdiet il-pandemija.
Fl-aħħar 24 siegħa, saru 775 test. Dan tħabbar fuq il-paġna Saħħa fuq Facebook.
F’Malta, in-numru medju ta’ ġranet li persuna ddum biex tfiq huwa ta’ 16-il jum.