Fadal biss 22 każ attiv tal-coronavirus

swabbing center

Fil-pajjiż għad fadal biss 22 każ attiv tal-coronavirus. Dan ħareġ mill-infografika tal-jum mill-Ministeru għas-Saħħa fejn qed jingħata rendikont tal-iżviluppi tal-pandemija tal-coronavirus fil-pajjiż.

Wara li saru 516-il swab test fi żmien 24 siegħa, jidher li ma nstab l-ebda każ ġdid tal-coronavirus. Intant fiqu tliet persuni oħra mill-virus biex b’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 22.

L-ewwel każ tal-coronavirus feġġ fil-pajjiż nhar is-7 ta’ Marzu tal-2020. Minn dakinhar s’issa saru total ta’ 94,564 swab test. Minnhom 670 persuna ħarġu pożittivi għall-virus. Minn dawn, fiqu total ta’ 639 persuna u mietu disa’.

Bħalissa hemm seba’ pazjenti li qed jirċievu l-kura fi sptarijiet differenti. Hemm pazjent fl-Isptar Mater Dei u ieħor fl-Ispar Karin Grech, tliet pazjenti fl-Isptar Boffa u tnejn fl-Isptar San Tumas.

OFFICIAL COVID-19 figures for 29•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Monday, June 29, 2020