Fadal 12-il jum qabel jaqbdu triqthom għall-avventura

Il-Fondazzjoni LifeCycle ilha għal dawn l-aħħar 21 sena tagħmel xogħol siewi mal-pazjenti b’mard tal-kliewi, kif ukoll tagħti appoġġ lill-familji tagħhom. Dan filwaqt li kompliet tkabbar l-għarfien dwar id-donazzjonijiet u t-trapjanti tal-organi f’Malta.

Iċ-ċiklisti għaddejjin bl-aħħar preparamenti għall-isfida, sabiex nhar it-Tnejn 9 ta’ Settembru jitilqu minn Malta ħalli jibdew sfida ta’ għaxart’ijiem. Huma se jkunu qegħdin jagħmlu rotta ta’ kważi 2,000 kilometru, fejn mill-Vjetnam imorru Laos u l-Kambodja. Iċ-ċiklisti jaslu lura Malta fl-24 ta’ Settembru.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ltaqa’ maċ-ċiklisti flimkien mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Isport Ryan Callus. Waqt il-laqgħa Delia awgura kull suċċess liċ-ċiklisti.

Għotjiet għan-Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge 2019 jistgħu jintbagħtu fuq in-numri li ġejjin:

SMS

5061 7370 għotja ta’ €2.33

5061 8920 għotja ta’ €6.99

5061 9229 għotja ta’ €11.65

Telefonati

5160 2020 għotja ta’ €10

5170 2005 għotja ta’ €15

5180 2006 għotja ta’ €25.

Id-dettalji tal-Bank huma

Swift code VALLMTMT

Numru tal-IBAN: MT 18 VALL 22013000000014814521017

Isem tal-Bank: Bank of Valletta

Numru tal-Kont: 14814521017