Faċli għal żewġt aħwa ’l bogħod minn xulxin biex jaħdmu flimkien?

ŻiguŻajg – il-Festival tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ reġa’ magħna!
Din is-sena, il-Festival se jippreżenta d-dramm Aħna’Aħwa jew m’aħniex? b’kitba u direzzjoni ta’ Marta Vella.
Id-dramm ilaqqagħna ma’ Alex, parti maħduma minn Ronald Briffa, u Pete, parti maħduma minn Jamie Cardona. Wieħed mill-aħwa jgħix l-Ingilterra u l-ieħor Malta.  Wieħed tan-negozju u l-ieħor  fit-tieni sena l-Junior College.. Wieħed jiekol u l-ieħor jaħmi.
Alex u Pete differenti minn xulxin. Imma meta Michelle u Sandro jħalluna, it-tnejn li huma jispiċċaw orfni. It-tnejn li huma jridu jsibu tarf ħajjithom. It-tnejn li huma jridu jaraw x’se jagħmlu b’idejhom. Mhux faċli għal żewġt aħwa ’l bogħod minn xulxin biex jaħdmu flimkien. Imma flimkien, forsi, isibu tarf tal-kobba.
Dan id-dramm immirat għaż-żgħażagħ se jittella’ fis-17, fl-20, fis-22 u fis-26 ta’ Novembru, dejjem fis-6.30pm ġewwa t-Teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu.
Il-biljetti jistgħu jinqatgħu minn hawnhekk.