Facebook se joħloq kompetizzjoni tal-kant?

REUTERS/Dado Ruvic

Jekk għandek il-kant għal qalbek, Facebook qed jiżviluppa karatteristika ġdida li tħalli lill-utenti jikkompetu kontra xulxin permezz tal-filmati tagħhom ikantaw.

L-Inġinier Jane Manchun Wong, li hija magħrufa li tiskopri karrateristiċi ġodda li qed jiġu żviluppati ndunat b’dan l-iżvilupp.

Jidher li se jkun hemm paġni speċifiċi li se jitħallew jagħmlu użu minn din is-sistema u li se jkunu jistgħu jorganizzaw dawn il-kompetizzjonijiet. Id-drittijiet tal-mużika se jkunu koperti minn Facebook u Instagram stess.

Il-ġurnal Business Insider, li ħabbar din l-innovazzjoni, talbet kumment lil Facebook, madanakollu jidher li l-kumpanija rrifjutat milli tgħaddi kummenti.