Facebook se jibda jneħħi aħbarijiet foloz fuq il-vaċċin tal-Covid-19

Facebook Mark Zuckerberg
Mark Zuckerberg

Il-kumpanija Facebook ħabbret li se tibda tneħħi aħbarijiet foloz fuq il-vaċċin kontra l-Covid-19 li jixxerrdu fuq is-sit soċjali.

Din hi l-akbar mossa min-naħa tal-kumpanija biex tipprevjeni li Facebook jintuża biex jinxterdu l-qlajjiet fuq il-vaċċin.

Kull kontenut meqjus falz fuq il-vaċċin, kemm fuq Facebook, kif ukoll fuq Instagram, se jibda jitneħħa ladarba esperti tas-saħħa pubblika jiddikjarawh falz. Kelliem għall-kumpanija qal li din hi parti mill-istrateġija tal-kumpanija li twaqqaf it-tixrid ta’ informazzjoni żbaljata li taf twassal għal ħsara fiżika.