Facebook qed jitlob il-flus

Read in English.

Il-fundatur ta’ Facebook, Mark Zuckerberg ħabbar li qed jitlob lill-utenti kollha ta’ Facebook biex jagħtu donazzjoni lill-gruppi li qed jgħinu l-immigranti fil-fruntiera bejn il-Messiku u l-Istati Uniti.

Sa issa nġabru aktar minn $10,000, u din l-azzjoni ta’ Zuckerberg ġejja wara l-furur li nqala’ dwar il-firda tal-immigranti tfal mill-ġenituri tagħhom minn uffiċjali tal-immigrazzjoni Amerikani. Xi rapporti tal-midja xandru tfal f’gaġeġ u jibku għall-familji tagħhom.

Dawn il-firdiet huma r-riżultat tal-politika ta’ tolleranza żero tal-amministrazzjoni ta’ Trump fuq l-immigrazzjoni.