Facebook jagħlaq il-kont lil min itella’ ritratti espliċiti tat-tfal

Kelliem għal Facebook qal li kontinwament qed jiċċekkjaw u jfittxu ritratti espliċiti tat-tfal fuq Facebook.
Din hi l-istess sistema li tintuża minn Microsoft u Google, kull meta persuna titfa’ ritratt fuq Facebook jew Instagram.
Din is-sistema, imsejħa PhotoDNA, tintuża sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-abbużi li jsiru fuq it-tfal.
Permezz ta’ din is-sistema, meta ritratt jiġi meqjus bħala espliċitu, ma jkunx jista’ jitpoġġa fuq Facebook, il-kont tal-persuna li jipprova jpoġġieh jiġi bblukkat u tintbagħat notifika lill-awtoritajiet sabiex jagħmlu iktar investigazzjonijiet.