Facebook iwaqqaf l-aċċess għal grupp kontra l-monarkija fit-Tajlandja

FILE PHOTO: REUTERS/Dado Ruvic/Illustration

Facebook waqqaf l-aċċess għal grupp ta’ miljun membru fit-Tajlandja li kkritika r-rè tal-pajjiż. Però, Facebook qiegħed jippjana li jippreżenta problema legali għat-talba tal-Gvern biex jitwaqqaf l-aċċess għal dan il-grupp.

Din ġiet wara li hemm protesti kważi kuljum kontra l-Gvern fit-Tajlandja, flimkien ma’ ħafna protesti biex ikun hemm riforma fil-monarkija. Il-grupp inħalaq f’April, u l-aċċess għall-grupp twaqqaf nhar it-Tnejn flagħxija. Membri tal-grupp raw messaġġ jgħid “aċċess għal dan il-grupp twaqqaf fit-Tajlandja wara talba legali mill-Ministeru għall-Ekonomija Diġitali u tas-Soċjetà.”

Kelliem għal Facebook qal li talba bħal din hija kbira, għax għandha x’taqsam ukoll ma’ drittijiet tal-bniedem fuq livell internazzjonali. Dan għax xiħaġa hekk twaqqaf il-libertà tal-espressjoni. Minħabba f’hekk, Facebook qed jippjana li jagħmel difiża legali kontra din it-talba mingħand il-Gvern tat-Tajlandja.

Il-liġi fit-Tajlandja tippermetti li ssir talba bħal din minħabba liġijiet dwar li ma tistgħax tikkritika l-monarkija. Sadattant, hemm grupp ġdid li diġà għandu daqs 455,000 membru.