Facebook investigat minn Gvernijiet fl-Ewropa

Facebook qed jaffaċċja investigazzjoni minn Gvernijiet fl-Ewropa dwar l-istudju li għamlet il-kumpanija fuq kif il-messaġġi fuq Facebook jaffettwaw l-emozzjonijiet tan-nies.
L-esperiment ta’ Facebook biddel il-burdata ta’ madwar 700,000 persuna li kienet qed tużah. Mill-istudju ħareġ li dawk li raw aktar messaġġi negattivi, kitbu aktar fin-negattiv huma stess, u viċi-versa.
L-Irlanda qed tgħid li għadu kmieni biex jiġi identifikat liema parti tal-liġi nkisret mill-Facebook. Ir-regolatur jrid jara kemm intużat informazzjoni personali u jekk dawk li jużaw Facebook tawx il-kunsens tagħhom.
Facebook kien bidel il-policy tiegħu dwar l-użu tal-informazzjoni f’Mejju 2012, erba’ xhur wara li seħħ l-istudju.