Facebook, Instagram u Whatsapp se jingħaqdu f’chat waħda

Facebook qed jippjana li minkejja li t-tliet apps jibqgħu separati, is-servizzi tal-Facebook Messenger, Instagram u Whatsapp jiġu integrati u wieħed ikun jista‘ jagħmel kuntatt ma’ persuna oħra minn apps differenti minkejja li l-persuna l-oħra ma jkollhiex l-app.  Kelliema għal Facebook qalu lil BBC li dan huwa l-bidu tal-proċess twil.  Huwa mistenni li din il-possibiltà tibda tintuża lejn l-aħħar ta’ din is-sena jew il-bidu tas-sena 2020.

Jidher li Mark Zuckerberg qed jippersisti biex dawn l-apps jiġu integrati ħalli aktar nies iqattgħu ħin fuq facebook kif ukoll biex ikun jista’ jikkompeti kemm ma’ google kif ukoll ma’ Apple iMessage. Fi Stqarrija Facebook qalu li min-naħa tagħhom huma jixtiequ li joffru l-aħjar esperjenza lil dawk kollha li jużaw facebook. Huma qed jaħdmu biex joħolqu prodott iktar faċli u aċċessibli li jintlaħaq mill-maġġoranza tan-nies.

Dwar din l-integrazzjoni kien hemm diversi reazzjonijiet fosthom dawk li qalu li facebook injoraw l-ammont ta’ ħin li t-tfal qed jagħmlu jużaw it-teknoloġija fosthom fuq dawn is-siti.