Facebook ineħħi kontijiet Myanmarjani fuq konnessi militari

REUTERS/Elijah Nouvelage/File Photo

Facebook neħħa numru ta’ kontijiet, paġni u gruppi mill-Myanmar wara li skopra dak li ddeskriva bħala “imġieba koordinata li mhux xierqa” li kienet konnessa mal-militar tal-pajjiż.

Facebook kien diġà neħħa kontijiet, inkluż dak tal-kap tal-armata tal-Myanmar, wara ħafna kritika li Facebook mhux qed jagħti każ vjolenza u kliem ħażin kontra Musulmani Rohingya fil-pajjiż.  Facebook spjega li neħħa 425 paġna, 17-il grupp u 135 kont. Neħħa wkoll 15-il kont minn Instagram.

Il-paġni kienu jinkludu midja li taparsi independenti, paġni li joffru divertiment u oħrajn. Il-kelliem għall-Gvern tal-Myanmar ma setgħax jiġi kkuntattjat minn Reuters.