Facebook inbidel ftit…Indunajt?

Facebook għamel bidla fil-faċċata tiegħu, iżda tant hi żgħira li ftit nies indunaw.
Il-bidla saret fil-buttuna li turi n-notifications.
Qabel, il-globu kien juri l-Istati Uniti, iżda issa juri l-Ewropa, l-Asja u l-Afrika.
Dawk li jużaw Facebook minn fuq il-kompjuter tagħhom jistgħu jaraw id-differenza, filwaqt li min jaċċessa Facebook minn fuq il-mowbajl jibqa’ jara l-globu ta’ qabel.
Jista’ jkun li l-kumpanija għadha qed tagħmel testijiet qabel ma’ tagħmel il-bidla fuq skala globali.