Facebook dalwaqt jibda jgħidlek kemm taħli ħin fuqu

Facebook qed ifasslu feature ġdid bl-isem Your Time on Facebook. Wieħed se jkun jista’ jsegwi l-ammont ta’ ħin li qed jagħmel kuljum fuq facebook.

Your Time on Facebook se jkollu l-faċiltà li jurik kemm għamilt ħin fuq facebook għall-aħħar ġimgħa u mbagħad joħroġlok il-medja tal-ħin li tkun għamilt f’ġimgħa.

Se tkun tista’ wkoll tagħmel il-limitu tiegħek tal-ħin li tixtieq tqatta’ fuqu. X’ħin tilħaq dan il-ħin, il-feature se jinnotifikak.

Iżda Facebook għadhom ma ħabbrux minn meta dan il-feature se jkun jista’ jiġi użat.