Facebook b’dehra ġdida u riklami ikbar

Dalwaqt jinbidel id-disinn ta’ Facebook sabiex is-sit ikollu dehra l-istess fuq l-apps tal-Android u iOS. Il-membri issa jistgħu jagħżlu li jirċievu ‘feeds’ ta’ aħbarijiet dwar suġġetti speċifiċi. Imma fuq kollox, konsegwenza waħda tal-bidliet fuq Facebook hi li r-riklami se jieħdu iktar post mill-iscreen, u b’hekk ikun iktar diffiċli li jkunu injorati.

Facebook qed jgħidu li l-bidliet qed isiru biex inaqqsu l-konfużjoni fuq il-paġna u joffru esperjenza aħjar lil dawk li jużaw dan is-sit. Ċaħdu li qed jippruvaw iżidu d-dħul tagħhom mir-riklami.

F’Jannar kien rappurtat li mal-1.06 biljun persuna kienu qed jużaw is-servizz ta’ Facebook mill-inqas darba f’xahar.