Fabinho ma jistax jilgħab qabel is-sena d-dieħla

Il-midfielder ta’ Liverpool Fabinho mhux se jkun jista’ jilgħab qabel is-sena d-dieħla. Dan minħabba li weġġa’ l-għaksa kontra Napoli.

Il-Brażiljan kellu joħroġ mill-grawnd 19-il minuta mill-bidu tal-logħba taċ-Champions League. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ 1-1. Fabinho waqa’ ħażin waqt li kien qed jissielet għall-ballun kontra wieħed mill-avversarji.

Liverpool qalu li l-plejer ta’ 26 sena weġġa l-ligament tal-għaksa u mhux se jkun jista’ jilgħab qabel tibda’ s-sena l-ġdida.