FAA tappella mal-PA kontra l-iżvilupp ta’ Manoel Island

L-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) qed tappella mid-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar favur il-bini ta’ 650 appartament f’Manoel Island.

Fi stqarrija, l-FAA qalet li l-proġett tal-MIDI li ġie approvat fis-7 ta’ Marzu jinvolvi l-iżvilupp ta’ 650 appartament, lukanda ta’ ħames stilel, bridge, marina akbar, u reklamazzjoni tal-art. L-għaqda qalet li l-proġett se jwassal għat-telfa ta’ parti kbira mill-promenade tal-Gżira – l-unika żona miftuħa f’dak il-post.

Approvati 610 appartamenti qalb l-iżvilupp f’Manoel Island

Skont l-FAA, l-iżvilupp se jkollu impatt negattiv fuq il-benessere tar-residenti u li jkompli jimmina t-turiżmu f’Malta.

L-għaqda qalet li għandha bżonn €7,000 għall-appell.

Reċentament, il-kandidat indipendenti għal Membru tal-Parlament Eworpew (MEP) Arnold Cassola qassam ritratti ta’ biċċiet tal-fuħħar imkisser li sostna li ttellgħu minn qiegħ il-baħar ta’ madwar Manoel Island.