F’7 snin ma saritx triq waħda fin-Nadur; meta kont sindku saru kollha – Chris Said

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u l-eks Ministru Chris Said inqabdu f’battibekk Parlamentari dwar it-toroq fin-Nadur.

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet supplementari, it-Tlieta filgħaxija, id-Deputat Nazzjonalista qal li f’seba’ snin fin-Nadur ma saritx triq waħda. Saħaq li meta kien sindku hu kienu saru t-toroq kollha, iżda għall-Gvern Laburista x-xemx fuq in-nadur telgħet fl-2013.

Il-Ministru Camilleri rribatta li meta kien hemm Gvern Laburista, is-sindku tan-Nadur ma kien ħadd ħlief ħu Chris Said u għalhekk il-kejl ta’ Said japplika wkoll għal ħuh.