​F’10 snin jonqsu 28% tal-irziezet fl-Ewropa

Mill-2003 sal-2013, wieħed minn kull erba’ irziezet fl-Ewropa sparixxew.
Minn rapport tal-Eurostat ħareġ li 4% biss tar-raħħala f’Malta għandhom inqas minn 35 sena, dan meta l-medja tal-Ewropa hija 7%.
Il-maġġoranza jew 55% tar-raħħala f’Malta għandhom iktar minn 55 sena.
Il-Eurostat tgħid ukoll li 30% tal-art agrikola fl-Ewropa tinsab fi Franza jew fi Spanja.