F’Settembru tonqos id-differenza bejn l-importazzjoni u l-esportazzjoni

F’Settembru li għadda, Malta naqqset id-defiċit tagħha fil-kummerċ bi kważi n-nofs.
Skont l-NSO, waqt li sena ilu, id-differenza bejn l-importazzjoni u l-esportazzjoni fissret defiċit ta’ €280 miljun, f’Settembru li għadda din niżlet għal kważi €150 miljun.
Dan għaliex il-valur tal-importazzjoni naqas b’iktar minn €170 miljun, l-iktar minħabba l-valur tal-fuels, waqt li dak tal-esportazzjoni naqas bi kważi €42 miljun, ukoll primarjament minħabba l-fuels.
L-NSO ħareġ ukoll iċ-ċifri għall-ewwel disa’ xhur tas-sena, li madankollu juru li d-differenza fil-valur tal-importazzjoni u l-esportazzjoni kibret, bi kważi €185 miljun fuq l-istess disa’ xhur tas-sena li għaddiet.