F’sena l-investiment dirett barrani f’Malta jiżdied bi kważi €200 miljun

F’perjodu ta’ sena l-investiment dirett barrani f’Malta żdied b’€195.3 miljun.

Statistika tal-NSO turi li f’Ġunju 2012 l-investiment dirett barrani kien jammonta għal €12.1 biljun. Kważi 80% ta’ dan l-investiment kien fl-oqsma tal-finanzi u l-assigurazzjoni.

L-ikbar ammont ta’ investiment f’Malta sar minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja. Il-Ġermanja tammonta għal 40% tal-investiment dirett barrani f’Malta.

Intant l-investiment dirett, barra minn Malta kien jammonta għal €1.3 biljun.