F’sena jonqsu bi kważi 900 l-persuni jirreġistraw għax-xogħol

F’sena naqsu kważi 900 persuna jirreġistraw, jiġifieri tnaqqis fil-qgħad ta’ 30% mir-rata li kien hemm f’Jannar tal-2017.
Din l-istatistika ppubblikaha l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), li ppreċiża li 812 naqsu mill-iskema ta’ reġistrar Part I, u 77 minn Part II, biex illum hawn b’kollox 2,000 persuna jirreġistraw għal xogħol taħt iż-żewġ skemi.
L-NSO irrimarka li l-qgħad naqas mill-gruppi kollha, ħlief minn dak tan-nies li għandhom taħt l-20 sena li qed jirreġistraw taħt il-Part II.
L-aktar tnaqqis fin-nies jirreġistraw pie rrekordjat f’dawk li kienu ilhom ifittxu xogħol b’mod uffiċjali għal inqas minn 21 ġimgħa.
Jonqos ukoll il-qgħad mal-persuni b’abbiltajiet differenti
L-uffiċċju aċċenna wkoll għall-persuni b’abbiltajiet differenti, meta qal li l-istatistika turi li l-persuni jirreġistraw naqsu b’35, jiġifieri sal-lum hemm 284 persuna b’abbiltajiet differenti jirreġistraw għax-xogħol.
Kien hemm 78.2% ta’ dawn il-persuni rġiel.
Sadanittant, l-akbar parti mill-persuni jfittxu għax-xogħol kienu qed jistaqsu biex isibu xogħol klerikali, bi 18.7% jkunu rġiel u 35.8 nisa.
Il-qgħad f’Awwissu li għadda kien ta’ 1.3% tal-persuni kollha li jistgħu jaħdmu, jekk wieħed jeskludi l-ħaddiema part-time.
Għall-irġiel ir-rata tal-qgħad kienet ta’ 1.4%, u n-nisa 1%.