F’sena jirdoppjaw il-foreign fighters mal-Istat Iżlamiku

Mir-rapport li sar mill-grupp Soufan jirriżulta li n-numru tal-foreign fighters, li ngħaqqdu mal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja irdoppja biex issa jlaħħqu l-31,000.
Dan meta mill-aħħar rapport f’Ġunju tal-2014, il-foreign fighters kienu jammontaw għal 12,000.
L-organizzazzjoni bbażata fi New York qed tenfasizza li l-ISIS qed imexxu kampanja biex jilħqu aktar żgħażagħ b’metodi moderni bħall-użu tal-internet, għal kuntrarju ta’ gruppi terroristiċi oħra bħall-Al Qaeda.
Huma madwar 5,000, l-Ewropej li ngħaqdu mal-Istat Iżlamiku filwaqt li hemm ukoll 4,700 mir-Russja.
Huwa stmat li bejn 20% u 30% ta’ dawn il-persuni qed imorru lura pajjiżhom u dan is-sitwazzjoni qed toħloq sfidi ġodda lill-awtoritajiet u s-sigurtà f’pajjiżhom.
Soufan hija organizzazzjoni li tiġbor informazzjoni mis-servizzi sigrieti.