F’San Vinċenz de Paule ma jingħatax servizz ta’ psikologu

Fir-residenza San Vinċenz De Paule ma jingħatawx servizzi ta’ psikologi la lir-residenti u lanqas fl-Outpatients.
Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.
Il-Ministru qal ukoll li hemm għaxar occupational therapists li qed jagħtu servizz fir-residenza u tliet social workers mill-Aġenzija Appoġġ.