F’Pozzallo arrestat traffikant li ddaħħal ma’ immigranti

Il-Pulizija ta’ Ragusa arrestat Somalu, li hu meqjus il-persuna li saq id-dinghy b’immigranti li ngħatat l-għajnuna mill-MV Phoenix fl-aħħar jiem.
Id-dinghy kellu abbord 78 immigrant.
Il-bastiment tal-MOAS daħal fil-port ta’ Pozzallo lbieraħ wara l-aħħar operazzjoni ta’ salvataġġ fil-Mediterran.