F’Ottubru iktar minn 218,000 fittxew kenn fl-Ewropa

F’Ottubru, kien hemm rekord ta’ 218,394 immigrant li waslu fuq ix-xtut tal-Ewropa permezz tal-baħar – 210,000 minnhom fil-Greċja, il-bqija fl-Italja.
Il-parti l-kbira tagħhom kienu mis-Sirja.
Dan joħroġ minn ċifri tan-Nazzjonijiet Magħquda li qed tqis li din is-sena s’issa, waslu fl-Ewropa 744,175 u 3,440 tilfu ħajjithom fil-baħar.
Fl-aħħar jumejn instabu l-katavri ta’ iktar persuni, fosthom erbat irġiel fil-Baħar Eġew dalgħodu, u sebat itfal fost 11-il vittma lbieraħ.