F’Novembru titħabbar l-istrateġija nazzjonali tad-dijabete

Waqt il-Kumitat ta’ Ħidma Parlamentari dwar id-Dijabete, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-gvern qed jahdem biex titfassal Strateġija Nazzjonali kontra d-dijabete f’Malta.
Twaqqaf grupp li se jkun qed jagħmel laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders fis-settur, inkluż għaqdiet non-governattivi, professjonalisti u pazjenti.
Is-setturi li ser ikunu qegħdin ikunu diskussi jinkludu: l-perċezzjoni fuq is-servizzi kurrenti, trattamenti ġodda w innovattivi, appoġġ u rijabilitazzjoni, l-aspetti psikosoċjali tad-dijabete, il-politika ta’ prevenzjoni u  kampanji ta’ għarfien speċjalment qalb gruppi vulnerabbli bħat-tfal u għall-anzjani.
Id-dokument ta’ konsultazzjoni se jitnieda għall-pubbliku fl-14 ta’ Novembru 2014, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Dijabete.