F’Novembru dejjem bl-umbrella?

Hekk kif għada jibda Novembru u nersqu aktar viċin lejn il-bidu tax-xitwa, jidher li se nisbħu b'ħalba xita li mistennija ddum bejn sas-1pm.
Skont is-sit Maltaweather.com, f'dawn il-ħinijiet hemm ukoll il-possibiltà ta' ragħad f'xi waqtiet. 
It-temperatura mistennija tinżel għal 15-il grad, filwaqt li se titla' sa 21 grad celsius. 
Dawn il-kundizzjonijiet jidher li se jkunu persistenti sal-Ħamis li ġej, b'possibiltà ta' ħalbiet tax-xita minn ħin għall-ieħor.
It-temperatura mistennija li tibqa' taħt il-23°C. 
Fuq nota pożittiva, it-temp mistenni jisbieħ għal tmiem il-ġimgħa, bil-Ġimgħa u s-Sibt jidhru li se jkunu xemxin. 
U l-bqija tax-xahar?