F’nofs l-2015 ebda mediċina out of stock – Fearne

Ma kien hemm ebda tip ta’ mediċina out of stock għal 26 ġimgħa minn 52 ġimgħa matul is-sena li għaddiet, jew għal nofs l-2015.
Fin-nofs l-ieħor, il-mediċini out of stock kienu inqas minn ħamsa.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne, qal dan fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista.
Spjega kif sa ftit snin ilu, il-mediċina out of stock kienet taffettwa mijiet ta’ persuni kuljum, u fakkar kif f’ġimgħa partikolari fl-2009 kien hemm 690 mediċini out of stock.
Chris Fearne rringrazzja lill-ħaddiema tad-dipartiment li jieħdu ħsieb ix-xiri u l-ordni ta’ mediċina u lill-ispiżjara u lill-ħaddiema tal-POYC.
Tenna li l-mediċina out of stock illum m’għadhiex kwistjoni, għax meta naqset kienet biss bil-waħdiet mhux bil-mijiet.