F’Mejju jiżdiedu l-ħaddiema full-time u part-time

Skont l-NSO, dawk jaħdmu full-time f’Mejju żdiedu b’4.2% waqt li żdiedu wkoll dawk li jaħdmu part-time biss, bi kważi 4% oħra.
Dawk li għandhom xogħol part-time, minbarra dak full-time, żdiedu wkoll b’6%.
Dan meta t-tqabbil isir ma’ Mejju tas-sena li għaddiet.
Skont iċ-ċifri ppubblikati, dawk jaħdmu full-time żdiedu b’6,800, li 6,400 minnhom kienu fis-settur privat, u ftit iktar minn 600 bdew jaħdmu għal rashom.
Fl-istess xahar, dawk jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’1,800.