F’Malta wkoll: Lażanja bil-laħam taż-żiemel

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ twissija fuq il-prodott ‘Lasagne alla Bolognese’ tal-kumpanija Artica-Ricette Italiane.

Dan għaliex il-prodott jista’ jkun fiħ xi traċċi tal-laħam taż-żiemel li mhux iddikjarat fuq it-tikketta.

F’dan il-każ, il-kumpanija Taljana ġiet obbligata li tirtira din il-konsenja mis-suq, iżda ġie rrapurtat li din ma nġabritx kollha.