F’Malta rreġistrata t-theżżiża tal-isplużjoni tal-Korea ta’ Fuq

In-netwerk virtwali fl-Università ta’ Malta lbieraħ ħass it-theżżiża li seħħet fil-Korea ta’ Fuq wara l-isplużjoni ta’ dik li, skont Pyongyang, kienet bomba idroġena.
Skont id-dipartiment tal-Ġeoxjenzi, fl-Università ta’ Malta, l-apparat f’Malta ħass theżżiża ta’ 5.2 għall-ħabta tas-2.30pm (ħin ta’ Malta).
L-apparat fl-Università ta’ Malta jirċievi informazzjoni f’ħin reali minn madwar id-dinja kollha.
Ritratt: Università ta' Malta