F’Malta m’hawnx statistika uffiċjali ta’ kemm hawn nies bla kenn fuq rashom

F'Malta m'hawnx statistika uffiċjali ta' kemm hawn nies bla kenn fuq rashom.
Waqt il-ftuħ tad-Dar Niki Cassar, dar fl-Imsida tal-YMCA, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li hemm bżonn li jkun hawn statistika aġġornata dwar il-problema tan-nies li ma għandhomx dar f’Malta.
Skont statistika maħruġa mill-YMCA Malta 80 persuna qed ifittxu kenn fejn joqogħdu.

B’referenza għal din l-istatistika, il-President Coleiro Preca qalet li għal Malta huwa numru kbir u biex nindirizzaw verament il-problema rridu nkunu nafu għaliex in-nies qed jispiċċaw hekk u x’qed jiġri f’dan is-settur.
Appellat lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika biex jirriċerka f’din il-problema biex insiru nafu r-realtà vera ta’ din is-sitwazzjoni.
Tenniet li din mhix problema individwali imma tas-soċjetà Maltija kollha.
Qalet li kull wieħed minna jista’ jagħmel differenza u li kull wieħed minna għandu jagħmel il-parti tiegħu biex jellimina din il-problema.
Ritratt:DOI:Clifton Fenech