F’każ ta’ diffikultà għal negozju jew biex tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika dwar dik li tissejjaħ Single Digital Gateway – għodda diġitali, inkluż informazzjoni, għal min irid jixtri prodotti jew jagħmel negozju minn jew lejn pajjiż ieħor fl-UE, inkella jmur jgħix f’pajjiż ieħor fl-UE.
L-informazzjoni se tinkludi tagħrif dwar drittijiet imma wkoll twieġeb għal mistoqsijiet b’diffikultajiet li wieħed normalment isib quddiemu meta jkun qed jittratta ma’ pajjiż ieħor fl-istess unjoni.
Il-konsultazzjoni hi miftuħa hawn sal-21 ta’ Novembru